our journal

Stqarrija ghall-istampa - decizjoni tal-arbitru ghas-servizzi finanzjarji dwar la valette multi manager property funds

Stqarrija jista jitnizzel PDF hawn.


STQARRIJA GHALL-ISTAMPA

L-ARBITRU GHAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA’ MALTA JIDDECIEDI DWAR L-ILMENTI KONTRA LA VALETTE FUNDS SICAV PLC, VALLETTA FUND MANAGEMENT LTD U L-BANK OF VALLETTA FIR-RIGWARD TAL-LA VALETTE MULTI MANAGER PROPERTY FUND, U JAGHTIHOM RAGUN U JIKKUNDANNA LIL PROVDITURI TAS-SERVIZZ GHAL HLAS TAD-DANNI

 

23 ta’ Frar 2018

 

SOMMARJU TAD-DECIZJONI

 

L-Arbitru ghas-Servizzi Finanzjarji illum il-Gimgha 23 ta’ Frar 2018 ta id-Decizjoni tieghu dwar l-400 Ilment li saru lilu minn investituri fil-La Valette Multi Manager Property Fund kontra l-La Valette Funds SICAV plc, il-Valletta Fund Management Ltd (illum BOV Asset Management Ltd) u l-Bank of Valletta. 

L-Ilmentaturi kienu assistiti minn Finco Treasury Management Ltd, Independent Financial Advisors, u minn Refalo Zammit Pace, Avukati. 

L-Ilmentaturi sostnew fl-Ilment taghhom li huma sofrew danni ta’ telf ta’ kapital rizultat ta’ negligenza mhux biss rizultat tas-sales practices zbaljati kif inbiegh il-La Valette Property Fund mill-BOV lir-retail investors, izda izjed u izjed fil-mod kif il-Fond gie gestit minn Valletta Fund Management Ltd meta numru kbir ta’ fondi sottostanti li fihom investa l-La Valette Property Fund kienu jiksru l-Investment Restrictions tal-Prospett tal-Fond ghal dak li jirrigwarda l-gearing tal-fondi sottostanti.  Dan il-ksur sar f’numru kbir ta’ fondi sottostanti u b’mod ripetut u kontinwu, u prattikament beda minn meta gie llancjat il-Fond fl-2005 u kompla sa ma gie xolt fl-2012.  Dan il-ksur tal-Investment Restrictions kien dak li kkwaza t-telf tal-Fond.  L-Ilmentaturi kienu wkoll qed jilmentaw dwar il-mod skorrett  kif l-istess BOV, fil-kwalita’ tieghu ta’ Kustodju tal-Fond li kellu jkun il-watchdog ghall-investituri z-zghar u jizgura li kollox kien qed isir kif suppost, spicca zvijja lill-investituri meta mhux biss ma rrapporta l-ebda ksur tal-Investment Restrictions izda rraporta li kollox sar kif suppost. 

 L-Ilmentaturi lmentaw li l-Offerta tal-BOV ta’ €0.75 kull sehem ta’ Mejju 2011, ftit gimghat qabel ma l-MFSA harget sanzjonijiet cari kontra l-BOV u l-VFM, kienet insufficjenti u unilaterali u ma kienitx torbot lill-Ilmentaturi ghal varji ragunijiet li johorgu mill-Ligi Komunitarjua li tikkoncerna l-Konsumatur u dan peress li din l-Offerta kienet dokument prefissat u redat esklussivament mill-BOV u l-VFM, bla ebda partecipazzjoni minn naha tal-Ilmentaturi, u l-Ilmentaturi ma kellhomx triq ohra hlief li jaccettaw l-Offerta, anke jekk huma qatt ma setghu jiehdu decizjoni infurmata, anke ghaliex ir-Rapport tal-MFSA lanqas kien waslilhom.  Daqstant iehor kien insufficjenti kumpens ulterjuri ta’ €0.25 kull sehem lil sezzjoni ta’ investituri fil-Fond f’Jannar 2013.

L-Arbitru ma laqax l-eccezzjonijiet preliminari tal-provdituri tas-servizz:

i.          L-Arbitru ma laqax l-eccezzjoni li whud mill-ultimate beneficial owners li ghalihom kien qed jidhru Finco Treasury Management Ltd u Hogg Capital Investments Ltd bhala nominee mhumiex klijenti eligibbli. 

ii.         Tant iehor ma laqax l-eccezzjonijiet li l-Arbitru m’ghandux il-kompetenza taht il-ligi li jiddeciedi dwar il-kaz.  L-Arbitru sahaq li l-Kap. 555 li jistabilixxi l-Arbitru hija ligi specjali li taghti l-poter li jittratta lmenti mressqa minn klijenti eligibbli kontra provditur tas-servizz.  Sakemm min jilmenta u kontra min jilmenta jissodisfaw dawn id-definizzjonijiet, ma hemm l-ebda limitazzjoni dwar dan.

iii.        L-eccezzjoni tal-BOV li tghid li l-Arbitru ma kellux poter japplika l-Ligi tal-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378 ma ntlaqghetx, u dan ghaliex il-Kap. 555 bl-ebda mod ma jillimitah f’dan is-sens. 

iv.        Lanqas intlaqghu l-eccezzjonijiet tal-preskrizzjoni tal-att rexxissorju ta’ sentejn jew dak tal-preskrizzjoni extra-kontrattwali ta’ sentejn.  L-Arbitru jghid li l-Ilmentaturi ma talbux ir-rexxissjoni tal-kuntratt izda biss li certi klawsoli tal-istess kuntratt kellhom jitqiesu bhala qatt ma ddahhlu kif tipprovdi l-Kap. 378.  Dwar il-preskrizzjoni extra-kontrattwali, l-Arbitru qal li hu dejjem sahaq li l-provvista ta’ servizzi finanzjarji hija wahda kontrattwali.  Il-provdituri tas-servizz kollha b’xi mod dahlu f’din ir-rabta kuntrattwali mal-Ilmentaturi skond il-Prospett Supplementari tal-La Valette Multi Manager Property Fund.  Ghalhekk din l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni extra-kontrattwali giet michuda wkoll.

Fid-Decizjoni tieghu, l-Arbitru janalizza kull fond sottostanti li kiser l-Investment Restriction (vi) dwar il-gearing, restrizzjoni li ddahhlet bl-iskop li jnaqqas ir-riskju ghall-azzjonisti tal-Fond billi ma jippermettix investiment fi fondi sottostanti li jistghu jissellfu b’mod eccessiv jew spekulatttiv, jew aktar minn 100% tal-attiv net taghhom jew net asset value. Hekk ikkonferma t-tezi tal-Ilmentaturi u dan wara analizi indipendenti mill-Ufficcju tal-Arbitru. 

Kien xoghol il-Fund Manager, il-Valletta Fund Management, li jara li r-ristrezzjonijiet tal-Prospett ma jinkisrux. L-Arbitru jikkonferma t-tezi tal-Ilmentaturi illi jirrizulta li l-Fond investa f’minn tal-anqas disa’ fondi sottostanti bi ksur tal-Investment Restriction tal-Gearing, sia b’mod dirett, kif ukoll b’mod indirett.  L-investimenti li saru bi ksur tal-IR(V) kienu jammontaw ghal parti sostanzjali mill-attiv gross tal-La Valette Property Fund tant, li f’mument minnhom, kienu jammontaw ghal aktar minn zewg terzi jew 66% tal-attiv gross tal-Fond.  Huwa stmat illi d-disa’ investimenti f’fondi sottostanti li nxtraw u nzammu mill-Fond bi ksur tal-Investment Restriction (V) garrbu telf ta’ €33 miljun sal-2011. Illi rizultat tan-nuqqas ta’ osservanza tal-istess restrizzjoni wassal ghal telf fil-valur tal-ishma u dan minhabba negligenza, imperizja u ksur tar-regoli u ligijiet applikabbli fit-tmexxija tal-Fund mill-VFM bhala Manager tal-Fund.  Biex tkompli tiggrava s-sitwazzjoni, l-istess BOV, bhala Kustodju tal-Fond, hareg Custodian Reports annwali ghall-Fond fejn ikkonferma espressament li ma kien sar l-ebda ksur tal-Prospett Supplementari, u b’hekk ma qediex dmiru u zvija lill-investituri ghal snin shah sa mill-2006.

Rizultat tal-vjolazzjoni u ksur tal-obbligi, kemm tal-La Valette Funds SICAV kif ukoll tal-Valletta Fund Management u tal-BOV, l-llmentaturi spiccaw effettivament inghataw ishma f’fond bi profil ta’ riskju totalment differenti minn dak li dahlu ghalih meta ssottoskrivew ghall-istess ishma skond il-Prospectus tal-Fond, u rizultat t’hekk u nuqqasijiet ohra, spiccaw sofrew danni ingenti.

L-Arbitru kien ukoll kritiku fid-Decizjoni tieghu ghall-istruttura kummercjali li fiha kienu qed joperaw il-provdituri tas-servizz li kienet wahda nieqsa minn dawk il-kontrolli indipendenti intizi sabiex jaccertaw illi l-istess provdituri josservaw ir-regoli u l-ligijiet kollha applikabbli u l-kundizzjonijiet kollha tal-Prospett tal-La Valette Property Fund.  Il-Funzjonarji tal-Fond kienu kollha related parties li kellhom diversi konflitti ta’ interess inerenti u li qatt ma setghu ikunu indipendenti minn xulxin, u ghalhekk ma setghux jaqdu l-obbligu li jharsu l-Investment Restriction u li jirrapportaw kwalunkwe ksur tal-istess.  L-interess taghhom kien li izjed ma jikber il-Fond aktar kien jirrendi qliegh lil-Grupp BOV.

L-Arbitru jittratta wkoll id-drittijiet tal-konsumatur, kemm fuq livell lokali u anke komunitarju, li permezz tieghu il-principju generali tal-kuntratt u l-pacta sunt servanda, kellha tigi ridefinita b’normi godda u specjali li jillimitaw l-applikabilita’ ta’ din.  Dan specjalment meta jokkorri zbilanc negozjali bejn kummercjant u konsumatur rizultat ta’ kondizzjonijiet standard prefissati mill-kummercjant u li fihom il-konsumatur ma jkunx ippartecipa ghall-formazzjoni jew impozizzjoni taghhom, b’mod li joholqu skwilibriju avvers kontra l-konsumatur. Din hi haga li l-Qrati taghna ilhom jishqu fuqha u jiddeciedu f’dak is-sens.  L-Arbitru analizza l-Offerta ta’ Mejju 2011 tal-BOV fid-dawl ta’ din id-duttrina u ligijiet specjali tal-konsumatur u gurisprudenza.  Wara li jidhol fid-dettall fl-istorja ta’ kif zvolga l-kaz huwa jikkonkludi li “din l-offerta u l-kundizzjonijiet kollha taghha gew stabbiliti mill-provdituri tas-servizz u kienet fuq bazi ta’ ‘take it or leave it minghajr ma l-Ilmentaturi setghu jinnegozjaw it-termini taghha u tal-kuntratt ta’ adezjoni ibbazat fuqha li kienu ser jiffirmaw”.  L-Arbitru ighid li “dawn ic-cirkostanzi kollha f’daqqa jwasslu lill-Arbitru jifhem li l-provdituri tas-servizz dahhlu dawn il-klawsoli fl-Offerta biex joezoneraw ruhhom b’kundizzjonijiet li ffissaw huma inkluz l-ammont offrut, f’cirkustanzi fejn l-Ilmentaturi ma kellhom l-ebda possibilta’ li jinnegozjaw il-ftehim; dan huwa inkompatibbli ma’ kull htiega ta’ buona fededawn il-klazsoli saru biex il-provdituri tas-servizz jaghmlu dak il-hlas li deherilhom li kellhom jaghmlu u jezoneraw irwiehhom darba ghal dejjem”. L-Arbitru jghid li permezz ta’ dan il-kuntratt il-bank irnexxielu jaghmel ‘capping’ tal-liability tieghu meta stipula €0.75 kull sehem, u dan meta “il-prassi hi li l-investitur jigi impoggi fis-sitwazzjoni originali tieghu u jigi rifuz dak li nvesta”.  Fil-fehma tal-Arbitru dawn il-klawsoli huma klawsoli ingusti ai termini ta’ Taqsima VII tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.

Ghal motivi kollha espressi f’din id-Decizjoni, l-Arbitru wasal ghall-konkluzjoni li l-imgieba tal-provdituri tas-servizz ma kienetx wahda gusta, ekwa u ragonevoli fic-cirkostanzi partikolari u merti sostantivi tal-kaz u lanqas ma lahqet l-aspettativi legittimi u ragonevoli tal-Ilmentaturi.  Din l-imgieba wasslet ghal dannu u telf ta’ flus lill-Ilmentaturi kif tintwera f’Appendici (liema mhix qed tkun pubblikata) tad-Decizjoni u turi l-valur tal-Kapital li baqa’ ma thallasx lura u li issa trid tithallas bhala kumpens, u dan jintwera ghal kull wiehed mill-Ilmentaturi.  L-Arbitru jordna lil La Valette Funds SICAV, lil BOV, lil BOV Asset Management Ltd (li hadet post il-Valletta Fund Management Ltd) biex in solidum bejniethom ihallsu kumpens lill-Ilmentaturi ghat-telf li garrbu.

L-Arbitru ighid li “il-provdituri tas-servizz kisru diversi regoli imsemmija in konnessjoni mat-thaddim tal-La Valette Multi Manager Property Fund.  Inkisret ukoll ir-regola ewlenijia kemm fl-Investiment Services Guidelines u l-Investment Services Rules, jigifieri dik li l-provditur irid jagixxi qabel xejn fl-interessi tal-konsumatur u tas-suq.  Ma hemm l-ebda dubju li l-provdituri tas-servizz kisru r-Restrizzjoni ta’ Investiment (V) stipulat fil-Prospett Supplimentari, u dan jammonta ghal inadempjenza ta’ obbligazzjoni kuntrattwali li kellhom mal-ilmentaturi. Kull ksur ta’ obbligazzjoni kuntrattwali ghandha l-effett sekondarju tal-hlas tad-danni.  Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ osservanza ta’ normi regolatorji jwassal lill-Arbitru ghall-fehma li l-provdituri tas-servizz ma kienux qed jaqdu l-obbligi taghhom kif mistenni minn kumpaniji li joperaw fis-settur finanzjarju.  Il-provdituri tas-servizz kisru wkoll l-obbligi fiducjarji u ma agixxewx bhala missier tajjeb tal-familja kif mistenni minnhom”.

L-Arbitru ighid li “minn analizi li ghamel jirrizultalu li l-maggoranza tal-Ilmentaturi kienu diga’ nies anzjani meta ghamlu l-investiment u l-aspettativa taghhom kienet li jidhlu f’investiment sikur ma’ operaturi li jifhmu aktar minnhom, u li kienu ser josservaw il-Prospett Supplementari li hargu huma stess fejn ghamlu self-imposted restrictions li kellhom josservaw.  Kemm l-Arbitru kif ukoll l-MFSA sabu li dan il-provdituri tas-servizz ma ghamluhx”.

L-Arbitru hu konvint ukoll li l-inadempjenza tal-provditur tas-servizz, kemm mal-Prospett Suppelimentari kif ukol mal-ligijiet u regoli, wasslu ghat-telf li garrbu l-Ilmentaturi li rnexxielhom jippruvaw li l-investimenti li ghamlu l-provdituri tas-servizz saru b’abbuz ta’ dawn il-limitazzjonijiet u huma garrbu telf fl-investiment taghhom”.

L-Arbitru jordna il-hlas tal-imghax legali bit-8% mid-data ta’ meta kull Ilmentatur ipprezenta l-Ilment tieghu quddiem l-Arbitru sad-data tal-effettiv pagament.

L-ispejjez legali ta’ dan  il-kaz ghandhom jithallsu mill-istess provdituri tas-servizz.

“L-Arbitru jordna li l-kumpens lill-Ilmentaturi ghandu jinghata minnufih.  L-Arbitru jghid illi l-providitur tas-servizz ghandhom ikunu konxji li hafna mill-Ilmentaturi huma nies avvanzati fl-eta’ u ilhom jistennew dan il-hlas ghal hafna snin.  Il-provdituri tas-servizz huma operaturi kbar fis-suq lokali u bieghu il-La Valette Multi Manager Property Fund fuq skala estensiva fejn gew affettwati hafna klijenti zghar u ghalhekk ghandhom igorru r-responsabilita’ socjali taghhom.  Il-provdituri tas-servizz kien messhom ikunu  jafu li kemm fiz-zmien li sar l-investiment kif ukoll illum, operatur tas-servizz fil-qasam tas-servizzi finanzjarji ghandu jhares il-principju ewlieni li jrid jagixxi dejjem b’mod professjonali, gust, u fl-ahjar interessi tal-konsumatur u tas-suq”.

Izid l-Arbitru li l-Bank of Valletta, BOV Asset Management Ltd u La Valette Funds SICAV ghandhom ir-responsabbilta’ li jipprotegu l-integrita’ u r-reputazzjoni tal-istituzzjoni finanzjarja li huma jmexxu.  In-nuqqas ta’ twettieq immedjat ta’ din id-decizjoni jista’ jwassal ghal riskju fit-telf tar-reputazzjoni ta’ din l-istutuzzjoni bankarja.  Ir-riskju fit-telf tar-reputazzjoni f’dan il-kuntest tista’ ggor maghha responsabbilta’ manigerjali li t-tmexxija tal-provdituri tas-servizz involuti ghandhom ikunu konxji minnha.  Dan il-kaz ilu jkarkar is-snin u t-tmexxija tal-provdituri tas-servizz odjerni ghandhom okkazjoni biex b’din id-decizjoni jaghlqu dan il-kaz mal-Ilmentaturi darba ghal dejjem”.

Il-valur ta’ danni akkordati mill-Arbitru huma stmati madwar €3,440,000, apparti l-imghax legali ta’ 8% mid-data li saret l-Ilment mal-Arbitru.

 

Tmiem

 

Finco Treasury Management Ltd

Contact Us

Please don't hesitate to contact us should you have any further questions.

Finco Trust Services Limited is a limited liability company authorised under the Trusts and Trustees Act (Cap. 331) by the Malta Financial Services Authority.

Finco Treasury Management Limited is a limited liability company authorised under the Investment Services Act (Cap. 370) and the Financial Institutions Act (Cap. 376) by the Malta Financial Services Authority.

Finco Offices
The Bastions Office No.2,
Triq Emvin Cremona
Floriana FRN 1281, Malta
Tel. (+356) 21220002
Email: [email protected]